Il-Maltin fost l-iktar li jirrappurtaw reati lill-Pulizija

Matul l-2019 il-Maltin kienu l-ħames l-iktar fl-UE li irrappurtaw lill-Pulizija reati kriminali.

L-istatistika tal-Eurostat turi r-rapporti dwar kriminalità, vjolenza u vandaliżmu li saru lill-Pulizija matul l-imsemmija sena.

Minnha jirriżulta li 13.6% tal-poplu Malti għamlet rapport meda l-medja fl-UE kienet ta’ 11%.

Il-Bulgarija kellha l-ogħla rata ta’ rapporti b’20.2% mentri l-Kroazja kellha l-inqas rapporti bi 2.7%.

Minbarra l-Bulgarija kienu l-Greċja b’16.9%, l-Olanda b’16.3% u Franza b’14.7% fejn il-pulizija tal-pajjiż irċevew aktar rapport minn Malta.

Il-medja ta’ 11% fl-UE kienet tfisser tnaqqis fuq l-14% ta’ każijiet li ġew rappurtati fl-2013.

Share With: