Il-Kurja tissospendi l-laqgħat tagħha inkluż il-katekeżi tat-tfal

Fid-dawl tad-direttivi l-ġodda maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tissospendi minnufih il-laqgħat tal-gruppi tagħha li jsiru b’mod fiżiku, inkluż is-sessjonijiet ta’ katekeżi tat-tfal.
Filwaqt li tapprezza li għadd ta’ laqgħat diġà qed isiru online, l-Arċidjoċesi tkompli tinkoraġġixxi biex, fejn hu possibbli, dawn l-inizjattivi pastorali jkomplu b’mod virtwali. Din id-direttiva terġa’ tiġi kkunsidrata wara l-11 ta’ April li ġej.
Il-Knisja tkompli tħeġġeġ biex nitolbu lil Alla għas-saħħa tal-poplu tagħna u biex nieħdu ħsieb xulxin billi nosservaw id-direttivi għall-ħarsien tas-saħħa.

Share With: