Il-każi ġodda reġistrati jibqgħu jonqsu għall-ħames jum infila

In-numru tal-każi attivi kompla jinżel konsiderevolment hekk kif matul dawn l-aħħar 24 siegħa minn 1,970 swab test li ttieħdu kien hemm 40 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19 filwaqt li kien hemm 101 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex il-każi attivi issa niżlu għal 829.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm anzjan ta’ 84 sena u anzjana ta’ 91 sena li mietu fl-Isptar Mater Dei waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. B’hekk it-total ta’ persuni li mietu kawża tal-pandemija issa tela’ għal 392 persuna.

Intant skont l-aħħar aġġornament mill-awtoritajiet tas-saħħa rriżulta li sal-bieraħ 191,716 -il persuna ngħataw it-tilqima, b’53,540 minnhom ikunu t-tieni doża.

Share With: