Il-każi attivi jkomplu jiżdiedu b’aktar każi ġodda minn fejqan

Matul dawn l-aħħar 24 siegħa minn 3,799 swab test li saru rriżultaw 283 każ ġdid ta’ Covid-19. Dan filwaqt li kien hemm 156 persuna li kienu meqjusin bħala li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi issa tela’ għal 3,252.

Intant mill-istatistika ppublikata mill-awtoritajiet tas-saħħa jirriżulta li sal-bieraħ ġew amministrati 89,946 doża tal-vaċċin, bi 31,034 persuna jirċievu t-tieni doża.

Intant matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm tliet persuni li mietu waqt li kienu pożittivi għal-Covid-19.

Il-vittmi huma raġel ta’ 47 sena, anzjan ta’ 69 sena u anzjana ta’ 76 sena li kienu qegħdin jingħataw il-kura f’Mater Dei. 

Share With: