Il-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li matul din l-aħħar ġimgħa l-każi tal-Covid żdiedu b’10 kull siegħa

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech qal li fl-aħħar sebat ijiem pajjiżna rreġistra 1,687 każ ta’ infezzjonjiet ġodda. Dan ifisser medja ta’ 10 każi fis-siegħa. Huwa qal dan fis-seduta tal-lum tal-Parlament.

Grech tenna li nfetħet it-tielet żon tal-ITU fl-Isptar Mater Dei. Huwa kkritika lill-Gvern u saħaq li s-sitwazzjoni tirrifletti każ fejn is-sistema tal-‘contact tracing’ falliet. 

Huwa żied bl-allegazzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-programm tal-vaċċinazzjoni u qal li “n-nies qed jibdew jissuspettaw li s-sistema tat-tilqim mhix trasparenti u hemm min qed jieħdu tilqim meta mhux suppost.” 

Huwa żied jgħid li filwaqt li ma jafx x’inhu vera jew le, il-Gvern jeħtieġ li jagħmel kjarezza tas-sitwazzjoni.

Share With: