Il-GWU-POU b’tilwima industrijali: Jekk Pulizija jinstab pożittiv għall-COVID-19 qed jitnaqqaslu s-sick leave

Il-Police Officers Union (POU) fi ħdan il-General Workers Union, fil-jiem li ġejjin se tkun qed tirreġistra tilwima industrijali wara li għal diversi ġimgħat komplew it-taħditiet, liema diskussjonijiet baqgħu kkarkru u sal-lum l-unjin għadha bla risposta. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li sal-lum, Pulizija li jirriżulta pożittiv għall-COVID-19 mhuwiex jingħata l-leave tal-kwarantina iżda minflok qed jitnaqqaslu s-sick leave. Dan qiegħed jirriżulta f’telf ta’ flus tal-Ħdud u f’allowances oħrajn.

Share With: