Il-Gvern Franċiż jirrevedi l-pożizzjoni tiegħu dwar l-użu tal-AstraZeneca

Il-Gvern Franċiż irreveda l-pożizzjoni tiegħu fir-rigward tal-vaċċin kontra l-Covid-19 tal-AstraZeneca u qal li dawk l-anzjani ta’ bejn 65 u 74 sena b’kundizzjonijiet mediċi issa jistgħu jitlaqqmu bil-vaċċin.

Ix-xahar li għadda Franza approvat l-użu tal-vaċċin għal dawk biss li għandhom inqas minn 65 sena, hekk kif saħqet li m’hemmx biżżejjed informazzjoni dwar l-użu tal-vaċċin fuq anzjani.

Mandakollu studji li saru jindikaw li l-vaċċin għandu rata għolja ta’ effettività fost l-anzjani.

Il-vaċċin tal-AstraZeneca qed jintuża b’mod mifrux fir-Renju Unit, madankollu diversi pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea għadhom qed jillimitaw l-użu tal-vaċċin lil dawk li għandhom inqas minn 65 sena, inkluż il-Ġermanja.

Ir-regolatur tal-mediċina tal-UE approva l-użu tal-vaċċin għall-adulti kollha, madankollu d-deċiżjoni aħħarija taqa’ fuq l-istati membri.

Share With: