Il-fergħa tal-BOV tas-Siġġiewi tingħalaq temporanjament minħabba każ ta’ Covid-19

Il-fergħa tas-Siġġiewi tal-Bank of Valletta se tingħalaq b’mod temporanju minn għada t-Tlieta 23 ta’ Marzu wara li wieħed mill-impjegati irriżulta pożittiv għall-COVID-19.

Il-Fergħa se tiġi diżinfettata skont il-linji gwida tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. F’każ li jkun hemm xi individwi li setgħu ġew esposti għall-kontaġju, dawn se jiġu infurmati mill-Awtorità tas-Saħħa bħala parti mill-protokoll tal-contact tracing. 

Klijenti li jeħtieġu servizzi mhux relatati mal-kaxxier bħal self għad-djar, self personali, investimenti, ftuħ ta’ kontijiet u applikazzjonijiet għal servizzi ġodda huma ġentilment mitluba jibgħatu t-talba tagħhom fuq https://www.bov.com/Assistants/set-an-appointment, jew email fuq info@bov.com jew iċemplu fuq 2131 2020.

Il-klijenti huma mħeġġa li qabel iżuru fergħa tal-BOV, jiċċekkjaw jekk il-Fergħa tagħhom ġietx milquta u x’servizzi qed jiġi provduti fuq https://www.bov.com/content/bov-branches-covid.

Share With: