Id-dwana b’diversi oġġetti għall-bejgħ

Id-Dipartiment tad-Dwana se jkun qiegħed jirċievi offerti ssiġillati għal xiri ta’ diversi oġġetti tali kwali, ġarr u tneħħija tagħhom, fosthom inbejjed u xorb alkoħoliku, oġġetti tad-dar, prodotti tas-sbuħija, oġġetti elettroniċi, ħwejjeġ, parts tal-karozzi u blokki tal-pavimentar tal-bankini. B’kollox hemm 132 lott li huma kif ġej:

  • 99 lott ta’ xorb alkoħoliku;
  • 27  lott ta’ inbid;
  • 5 lottijiet ta’ oġġetti fosthom oġġetti tad-dar, prodotti tas-sbuħija, oġġetti elettroniċi, ħwejjeġ u parts tal-karozzi; u
  • lott wieħed blokki tal-pavimentar tal-bankini.

L-offerti jintlaqgħu mid-Direttur Ġenerali ġewwa l-Auctions Section, Newport Bonded Stores, Marsa bejnit-Tnejn 8 ta’ Marzu 2021 u l-Ħamis 11 ta’ Marzu 2021 mit-8am sa nofsinhar u miis-1pm sal-4pm, u l-Ġimgħa 12 ta’ Marzu 2021, mit-8:00 a.m sa nofsinhar.

Biex wieħed jara lott,  jiġbor formuli tal-offerti jew irid iktar informazzjoni fejn jeħtieġ, jista’ jaċċessaha mill- Auctions Section, Newport Bonded Stores, Marsa, jew inkella jċempel fuq in-numru tat-telefown 21237209 matul l-istess ġranet u ħinijiet imsemmija hawn fuq.

Share With: