Ħaddiem ta’ kostruzzjoni jintlaqat minn bajla tal-konkos u jweġġa’ serjament

Illum, għall-ħabta tat-3:30 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Fortizza tal-Grazzja, ix-Xgħajra.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel ta’ 54 sena li jgħix Birkirkara, ġie milqut b’bajla tal-konkos waqt li kien qiegħed isir xi xogħol.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech LL.D li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: