Grupp ta’ persuni jinqabdu jilagħbu t-tombla b’mod illegali fil-Ħamrun

Grupp ta’ aktar minn 50 persuna fosthom anzjani nqabdu jilagħbu t-tombla waqt attività tal-massa fil-Ħamrun.

Aktar kmieni għall-ħabta tas-2:30 p.m, uffiċjali minn Transport Malta rċevew rapport dwar numru ta’ persuni li kienu qegħdin miġburin f’sala fl-imsemmija lokalità. Numru ta’ uffiċjali marru minnufih fil-post u sabu li fil-post indikat kien hemm numru ta’ persuni miġubrin bla permess.

L-attività twaqqfet minnufih filwaqt li l-organizzaturi tagħha ġew minnufih mmultati minħabba ksur ta’ liġi.

Share With: