Għeluq temporanju tal-‘Licensing and Testing Office’ f’Għawdex

Il-‘Licensing and Testing Office’ ta’ Transport Malta li jinsab f’Għawdex ser jingħalaq temporanjament u b’effett immedjat. Din id-deċiżjoni ttieħdet bħala miżura protettiva kontra l-COVID-19 u ser tibqa’ effettiva sakemm jinħareġ avviż ieħor.

Il-klijenti f’Għawdex se jkunu pprovduti bl-istess servizzi mill-uffiċini ta’ Transport Malta f’Raħal Ġdid u f’Ħal Lija.

Transport Malta tibqa’ tieħu l-miżuri neċessarji għas-saħħa tal-pubbliku.

Share With: