Għat-tielet sena konsekuttiva l-MIA jirbaħ il-premju tal-aqwa ajruport fl-ewropa

Għat-tielet sena konsekuttiva, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta huwa fost ir-rebbieħa tal-premji Airport Service Quality (ASQ) għall-2020 mogħtijin minn Airports Council International, fejn ħa t-titlu l-Aqwa Ajruport fl-Ewropa fil-kategorija tiegħu.

306,673 passiġġier evalwaw il-prestazzjoni ta’ aktar minn 340 ajruport madwar id-dinja matul l-2020 bl-eċċezzjoni tat-tieni kwart tas-sena.

L-Ajruport ta’ Malta rreġistra titjib fil-maġġoranza tal-indikaturi meta mqabbel mal-2019, u ġie ppremjat bl-ogħla punteġġi għall-faċilità biex tinnaviga t-terminal (4.50), l-indafa (4.49), il-kortesija tal-istaff (4.45) u s-sikurezza u s-sigurtà (4.40).

L-ajruport għalaq is-sena bl-ogħla punteġġ tiegħu għas-sodisfazzjon tal-passiġġieri ta’ 4.46, li qabeż il-medja Ewropea ta’ 4.28.

Share With: