Għar-raba’ jum konsekuttiv il-każi ġodda tal-COVID-19 ikomplu jonqsu

Għar-raba’ jum konsekuttiv, il-każi tal-COVID-19 p’pajjiżna komplew jonqsu, hekk kif fl-aħħar 24 siegħa nstabu 93 każi ġdid minn 2,928 swab test li saru. Fl-istess waqt, kienu ddikjarati mfejqa 283 persuna.

Id-Dipartiment tas-Saħħa rrimarka wkoll li fl-aħħar 24 siegħa mietu tliet persuni bil-COVID-19 fl-etajiet ta’ 77 sena, 46 sena u 71 sena. It-total ta’ tilqim f’pajjiżna issa qabeż il-170,000, b’50,050 persuna jieħdu t-tieni doża.

Share With: