Għada Patri Dijonisju Mintoff jagħlaq 90 sena

Għada Patri Dijonisju Mintoff jagħlaq disgħin sena. Il-fundatur tal-Laboratorju tal-Paci baqa’ jmexxi l-post għal dawn l-aħħar ħamsin sena.

Fl-aħħar għoxrin sena ospita gruppi kontinwi ta’ immigranti fl-istess Laboratorju tal-Paci. Huwa jitqies minn bosta bħala l-Appostlu ta’ Ġesu fi żminijietna. Mingħajr ma jagħti kas il-kritika qawwija tar-razziżmu huwa jgħin lil min ikollu bżonn. Ftit tax-xhur ilu huwa kien minn ta’ quddiem biex jgħin l-immigranti li sfaw mingħajr ikel wara nirien fiċ-Ċentru ta’ Ħal Fr li wasslu għal nuqqas ta’ provvista sakemm setgħu jsiru l-investigazzjonijiet.

Minkejja l-età tiegħu hu huwa kien minn ta’ quddiem biex jara kif se jgħin u minkejja li kien hemm ħafna li faħħruh kien hemm oħrajn li kkritikawh fuq dan il-ġest.

Share With: