“Fuq il-proġett tal-flyovers l-UE ma riditx tagħti finanzjament imma rnexxielna nġibuh” – id-Deputat Laburista Joe Mizzi

Id-Deputat Laburista, Joe Mizzi fil-Parlament tkellem b’mod ċar dwar proġett infrastrutturali importanti, dak ta’ flyovers fil-Marsa, u qal li għal bidu l-Unjoni Ewropea ma riditx tagħti għajnuna finanzjarja għalih. Spjega li kien sar inċident li fih kien involut żiemel u waqfet Malta kollha inkluż l-ajruport għax it-traffiku kien iġġamkjat.

Tenna li hu flimkien mal-esperti kien bagħat kopji tal-gazzetti lill-Unjoni Ewropea u sar każ fuq dan u mbagħad kien ġie approvat finanzjament għal dan il-proġett fejn anke kien ġie Pat Cox f’pajjiżna. Hu tkellem ukoll dwar l-impjant f’Ta’ Barkat fejn sar xogħol biex dan ma jibqgħax jikkawża irwejjaħ, fejn ma naqasx li jirrimarka li kien hemm każ ta’ xogħol ħażin fil-bini tal-impjant.

Share With: