Folol fi Strada Rjali wara li l-Ħamrun tegħleb lill-Hibernians… Minkejja l-appell biex in-nies jiċċelebraw f’darhom

Illejla, appena ntemmet il-partitissima bejn Ħamrun Spartans u Hibernians, bl-Ispartans joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 fl-aħħar mumenti tal-partita, folol kbar inġemgħu fi Strada Rjali biex jiċċelebraw ir-rebħa tas-sikkina.

Dawn il-folol inġemgħu minkejja li d-Dipartiment tas-Saħħa u s-south End Core appellaw lill-partitarji biex jiċċelebraw fi djarhom minħabba l-imxija tal-COVID-19.

Share With: