Fi New Zealand: Pedofelu perikoluż… jagħżel li jibqa’ sieket

Pedofelu meqjus perikoluż minn New Zealand u li kien estradit lejn ir-Renju Unit fuq akkużi ta’ abbuż ta’ tfal ingħata sentenza ta’ ħabs wara li żamm skiet perfett fil-ġuri tiegħu.

Ir-raġel Cecil John Thorn, irrifjuta li jitkellem. Ir-raġel li għandu 48  sena kien akkużat li assalta sesswalment tifla li kellha inqas minn 13-il sena.  Thorn deher quddiem il-Qorti ta’ Liverpool Crown, permezz ta’ video link. Hu kellu daqna u kienet liebes il-maskra il-ħin kollu.  Waqt il-proċeduri hu għażel li jibqa’ b’għajnejh magħluqin.

L-Imħallef Brian Cummings ikkummenta fuq is-silenzju tiegħu u qal li dan ma kienx minħabba xi kundizzjoni mentali imma kienet deċiżjoni volontarja.

Irid jingħad li Thorn kien spiċċa l-ħabs fis-sena 2013 wara li kein ammetta li attakka tifla taħt l-età. Kien serva biss tlett snin u ngħata l-libertà permezz ta’ skema. Hu ngħata din il-libertà minkejja li l-Pulizija kienet jafu li hemm allegazzjonijiet mit-tieni vittma. Thorn kien deportat lejn New Zealand.

Membru tal-familja ta’ waħda mill-vittmi qal li hu kien mar fir-Renju Unit fis-sena 2000 biex isib xogħol fejn imbagħad b’dak li għamel mhux biss kisser il-fiduċja li kienet urietu l-familja imma  anke ħoloq inkwiet kbir fl-istess familja.  Hu kien popolari sew mal-kollegi fuq ix-xogħol, fejn kienu jiddeskrivuh bħala li jaħdem ħafna.

Waqt li kien fi New Zealand hu reġa’ pprova jagħmel kuntatt ma’ waħda mill-vittmi tiegħu fejn fil-messaġġi kitbilha diversi messaġġi sesswali. Kien hemm tħassib kbir minħabba li seta’ kien hemm xi kuntatt mat-tfal fi New Zealand. Fis-sentenza tagħha l-Qorti ta’ Liverpool permezz tal-Imħallef Cummings qalet li ‘r-raġel hu ta’ tħassib partikolari’. L-Imħallef qallu li “inti kissirt il-ħajja ta’ żewġt ibniet żgħar. Il-konsegwenzi għalik għandhom ikunu severi”. Thorn weħel 10 snin ħabs.

Share With: