Fearne jgħid li Deputat tal-Oppożizzjoni kellmu biex jaqbeż il-kju għat-tilqim

Il-Ministru Chris Fearne jgħid li lest jgħid lill-Kap tal-Oppożizzjoni min hu d-deputat

Il-kwistjoni tat-trasparenza fit-tilqim u l-allegazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li hemm nies li qed jaraw li m’hemmx trasparenza fit-tilqim għax hemm min qabeż il-kju,  wasslet biex il-Ministru għas-Saħħa, Dr Chris Fearne iddikjara  li “mhux veru li m’hemmx trasparenza. Ngħidlek li kien hemm membru minn naħa tal-Oppożizzjoni stess li talabni biex jaqbeż il-kju u jien għedtlu le. Jekk trid ngħidlek f’widnejk min hu dan il-membru. Imissek tistħi tiġi fil-Parlament u tgħid dawn l-affarijiet”, iddikjara l-Ministru Chris Fearne fil-Parlament.

Share With: