Fearne: “F’pajjiżna għandna 85,000 imlaqqmin… lill-virus se nkomplu nattakkawh sakemm nirbħulu”

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne meta  tkellem fil-Parlament qal li “nikkonferma li fl-aħħar jiem kellna żieda fl-ammont ta’ każi. Hemm dak li jissejjaħ ‘pandemic fatigue’ għax ilna għaddejjin. Il-gvern mhux se jibqa’ ċass. Kuntrarjament għal dak li qalet l-Oppożizzjoni, iva s-soluzzjoni hi t-tilqima.”

Huwa żied jgħid li “qed nagħtu tilqim aktar mill-pajjiżi Ewropej. Illum ilħaqna l-85,000 persuna li tlaqqmu. Għandna 30,000 persuna li ħadu t-tieni doza. Dan hu l-attakk fuq il-virus u se nkomplu nattakkawh sakemm nirbħulu. Imma rridu niddefendu. Jiddispjaċini li mill-Kap tal-Oppożizzjoni ħlief negattivi ma’ qalx. Ħsibtni qed nisma’ lil Simon Busuttil għax l-istess id-diskors li qara l-Kap tal-OppożIzzjoni kitbulu dak l-istess persuna li kien jikteb id-diskors lil Simon Busuttil”.

Share With: