“Din is-sena għandna niċċelebraw Jum il-Mara b’aktar saħħa” – Lydia Abela

Mart il-PM tinnota li ħafna nisa kienu frontliners waqt din il-pandemija

Waqt programm politiku speċjali f’Jum il-Mara, mart il-Prim Ministru, Lydia Abela qalet li minkejja l-isfidi tal-pandemija, Jum il-Mara għandu jkun iċċelebrat b’mod aktar b’saħħtu u dan minħabba sfidi ġodda li kellha taffaċċja l-mara kawża ta’ dan il-virus.

Is-sinjura Abela qalet li ħafna nisa matul din il-pandemija kienu frontliners u qalet li dan juri kemm pajjiż jista’ jibbenefika meta jkun hemm sehem ugwali bejn is-sessi.

Lydia żiedet tgħid li tħares ‘il quddiem biex għada pitgħada jkollna parlament, b’aktar rappreżentanza femminili u li verament ikun jirrappreżenta lis-soċjetà kollha.

Share With: