Bosta jsellmu għall-aħħar darba ‘l-bniedem li matul is-snin ferraħ lil dawk l-aktar batuti

Fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz tal-Birgu, ngħatat l-aħħar tislima lil Ġorġ Agius, magħruf sew bħala Ġorġ tal-Mużew.

Il-mewt ta’ Ġorġ tħabbret tard it-Tnejn filgħaxija, fl-età ta’ 94 sena. Fl-aħħar xhur huwa kien qiegħed jirrisjedi fir-residenza tal-anzjani San Vinċenz de Paul.

Ġorġ kien magħruf sew għall-imħabba li kellu lejn il-proxxmu, fejn qatta’ snin twal minn ħajtu jżur lill-batut speċjalment dawk li jkunu fl-Isptar Mater Dei. Huwa jibqa’ mfakkar għat-taqbiliet ħelwin tiegħu b’messaġġ favur il-kelma ta’ Alla.

Share With: