Biżżejjed provi biex avukati ta’ Yorgen Fenech jitpoġġew taħt att ta’ akkuża

F’digriet mogħti mill-Qorti aktar kmieni ntqal kif hemm biżżejjed provi biex l-Avukati Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca jitpoġġew taħt att ta’ akkuża b’rabta ma’ allegat attentat tixħim ta’ ġurnalist tat-Times.

Caruana Curran u Mercieca huma parti mit-tim tad-difiża tal-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia Yorgen Fenech.

Kien ġurnalist tat-Times of Malta li għamel rapport mal-Pulizija dwar laqgħa li kellu mal-Avukati fejn allega li ġie offrut flus kontanti u allega li l-avukati avviċinawh biex jikteb stejjer li setgħu jxekklu l-kredibilità ta’ Melvin Theuma fix-xhieda tiegħu.

Share With: