ATTENZJONI: Persuni qed iċemplu fuq Viber jgħidu li huma mill-Bank Ċentrali ta’ Malta

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta rċieva diversi rapporti minn individwi li rċievew telefonati scam permezz tal-app Viber. Il-Bank Ċentrali jixtieq iwissu lill-pubbliku biex ikun għassa.

Il-profil ta’ min iċempel jidher bħala l-Bank Ċentrali ta’ Malta u jinkludi anke ritratt tal-bini tal-Bank – anke jekk in-numru mhu marbut xejn mas-CBM. Ir-riċevitur jingħad li n-numru tal-kont jew informazzjoni personali oħra tiegħu huma meħtieġa biex tissolva xi problema – b’mod partikolari marbuta ma’ theddida li timblokka l-karti ta’ kreditu.

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jixtieq javża li mhuwiex bank kummerċjali u ma joffrix kontijiet bankarji jew karti ta’ kreditu lill-pubbliku. Fil-ftit każijiet li għandu bżonn jikkuntattja membru tal-pubbliku, tintuża posta elettronika mill-email tal-Bank jew korrispondenza bil-miktub.

Madankollu, il-pubbliku għandu jkun attent u qatt ma għandu jiżvela informazzjoni dwar il-kontijiet jew in-numri PIN tiegħu lil xi ħadd permezz tat-telefon.

Share With: