Arrest raġel li allegatament seraq u ffroda diversi persuni

Tuneżin ta’ 30 sena residenti Tal-Pietà, ġie arrestat mill-Pulizija wara li allegatament wettaq  diversi serqiet u froda diversi persuni.  

Wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet konġunti mill-Pulizija tad-Distretti ta’ San Ġiljan, ta’  Birkirkara kif ukoll tal-Belt Valletta fuq rapporti ta’ serq u frodi, ġie identifikat l-allegat ħalliel.  Ilbieraħ, ir-raġel ġie arrestat minn residenza fi Triq Nazju Ellul, il-Gżira. Minn tfittxijiet li saru  fir-residenza u fil-vettura tiegħu, instabu diversi oġġetti li kienu rrapurtata nieqsa.  Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-11:00 quddiem il-Maġistrat  tal-Għassa Dr Nadine Lia LL.D.  

Share With: