ARA: Repubblika tgħid li lkoll ħatja għall-mewt ta’ Miriam Pace

Il-President tal-għaqda Repubblika Robert Aquilina insista li kulħadd jaħti għall-mewt ta’ Miriam Pace li tilfet ħajjitha traġikament fit-2 ta’ Marzu 2020 wara li ġġarrfet darha waqt li ħdejha kien qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni.

Waqt tifkira quddiem is-sit fl-okkażjoni tal-ewwel sena mill-mewt tagħha, Aquilina sostna li ħadna sehem fil-mewt tagħha meta adurajna l-flus, għalaqna ħalqna quddiem il-ħażin u bżajna nitkellmu.

Aquilina fakkar kif minbarra Agius tilfu ħajjithom tliet nisa oħra: Rita Vella f’Tas-Sliema fl-2000 kif ukoll Mary Zarb u Nadya Vavilova f’San Pawl il-Baħar fl-2004.

Waqt li flimkien ma’ attivisti oħra żammet minuta silenzju b’tislima lejha, il-President tal-għaqda Repubblika wiegħdha li se jibqgħu jitkellmu u jaħdmu favur il-verità u l-ġustizzja.

Share With: