ARA: Anzjana tmut wara li ttajret fil-Qrendi

Ritratti u filmat: ROGER AZZOPARDI

Anzjana tilfet ħajjitha wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:00 a.m kienet involuta f’inċident stradali li seħħ fi Triq it-Tempesta fil-Qrendi.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li anzjana ta’ 81 sena residenti l-Qrendi sfat milquta minn Volkswagen Up misjuqa minn mara ta’ 30 sena residenti l-Imqabba.

Fil-post issejħet minnufih ambulanza u tim mediku li assistew lill-anzjana minnufih fuq il-post. Sfortunatament hija ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara kawża tal-ġrieħi li sofriet.

Microsoft Word – PR 158 21 (Maltese)

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: