Anzjana tweġġa’ gravi wara li tittajjar f’Marsaxlokk

Anjana ta’ 74 sena sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret f’Marsaxlokk. L-inċident seħħ f’nofsinhar fi Triq l-Arznell.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li mara ta’ 74 sena residenti Marsaxlokk ittajret minn vettura tat-tip Toyota Auris misjuqa minn mara ta’ 42 sena li wkoll tgħix Marsaxlokk.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, b’ambulanza tieħu lill-anzjana l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: