Anzjana fil-periklu tal-mewt wara li taqa’ sular u nofs fil-komun ta’ blokka appartamenti

Anzjana ta’ 77 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li li waqgħet madwar sular u nofs fil-komun ta’ blokka appartamenti f’Ħaż-Żabbar. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-3.45 p.m.

Tim mediku flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post tal-inċident biex jassistu lill-mara, li aktar tard ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace ġiet informata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Share With: