Aktar każi ta’ fejqan minn dawk ġodda bil-COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa

Fl-aġġornament ta’ kuljum, id-Dipartiment tas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 298 każ ġdid ta’ COVID-19 wara li saru 4,333 swab tests. Fl-aħħar 24 siegħa rriżulta wkoll li fiqu 338 persuna mill-imxija.

Fl-aħħar 24 siegħa, id-Dipartiment tas-Saħħa kkonferma li mietu erba’ persuni kaġun tal-COVID-19. Dawn kienu 2 irġiel ta’ 72 u 74 sena li mietu fl-Isptar ta’ Mater Dei, mara ta’ 80 sena li mietet fl-Isptar ta’ Għawdex u mara oħra ta’ 86 sena li mietet fir-residenza tagħha.

Sa issa, f’Malta ngħataw 117,121 doża għal kontra l-COVID-19, 38,333 minn dawn jieħdu t-tieni doża.

Share With: