AĠĠORNAT: Il-Pulizija tarresta l-allegat ħalliel li daħal b’sikkina f’ħanut f’Bormla

Raġel mgħammad u allegatament armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus

Aġġornat:

Investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija tad-Dipartiment tar-Reati Maġġuri wasslu biex l-allegat ħalliel ġie identifikat u arrestat. Hu ġie arrestat f’Bormla u ttieħed il-lock-up tal-Pulizija  fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana.  

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Aktar qabel:

Illum, għall-ħabta tas-1:15 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li  kienet seħħet serqa minn ħanut fi Triq l-Oratorju, Bormla.  

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar jidher li raġel  mgħammad u allegatament armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera; mara  ta’ 61 sena residenti Marsaxlokk.  

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.  

Ħadd ma weġġa’ waqt din is-serqa.  

L-investigazzjonijiet qegħdin jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett u mill-Iskwadra tar-Reati  Maġġuri.  

Share With: