AĠĠORNAT: Id-Deputat PM jiċħad l-allegazzjonijiet li Malta għmalet “negozjati sigrieta” biex takkwista l-vaċċini

Il-Kanċillier Awstrijak jallega li Malta kellha “negozjati sigrieta” biex ikollha aktar vaċċini

Aġġornat:

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, ċaħad l-allegazzjoni li għamel il-Kanċillier Awstrijak Sebastian Kurz, li aktar kmieni llum allega li Malta għandha “negozjati sigrieta”. Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li l-ammonti ta’ dożi li jieħdu l-pajjiżi jgħaddi minn skrutinju sħiħ u huwa maqbul mill-Membri Stati kollha.

Aktar qabel:

Il-Kanċillier Awstrijak Sebastian Kurz, allega li xi pajjiżi Ewropej, inkluż Malta “kellhom negozjati sigrieta” biex ikollhom aktar vaċċini għal kontra l-COVID-19. Fil-fatt, lill-ġurnalisti huwa qallhom li Malta u l-Olanda, irċievew aktar vaċċini ras għal ras meta mqabbla ma’ pajjiżi oħrajn.

Kurz, appella għat-trasparenza fost il-pajjiżi Ewropej meta jkun diskuss it-tqassim tad-dożi.

Share With: