AĠĠORNAT BIL-FILMAT: “Ramiro sempre uno di noi”… Żgħażagħ jerfgħu t-tebut ta’ Ramiro fuq l-idejn

Tingħata l-aħħar tislima lil Ramiro Mallia

Filmat – RAMIRO & FRIENDS

Aġġornat:

Ma’ tmiem il-quddiesa tal-funeral ta’ Ramiro Mallia, grupp ta’ żgħażagħ refgħu it-tebut ta’ Ramiro sa fuq iz-zuntier u f’hħajta waħda qaluli li hu se jibqa’ għal dejjem wieħed minnhom (Sempre uno di noi).

Aktar qabel:

Bħalissa, iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena Ramiro Mallia, qed jingħata l-aħħar tislima fil-Kolleġġjata ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi. Mallia tilef ħajtu traġikament kawża ta’ leak tal-gass minn ġo f’daru stess.

Preżenti għall-quddies hawn numru ta’ Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-kamra, il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca. Jagħtu l-aħħar tislima lil Mallia, hawn ukoll numru ta’ voluntiera ta’ Puttina Cares. Ramiro ta’ tliet snin inħakem mill-marda tal-leukemia.

Share With: