AĠĠORNAT: Arrestat il-ħalliel li wettaq hold-up f’San Ġwann

AĠĠORNAT: Intant fi stqarrija l-Pulizija qalet li investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija tad-Dipartiment tar-Reati Maġġuri wasslu biex l-allegat ħalliel ġie identifikat u arrestat. Raġel ta’ 41 sena residenti Ħ’Attard ġie arrestat fl-inħawi ta’ Tas-Sliema f’karozza, li mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li hija l-istess waħda li allegatament intużat fis-serqa. Parti mill-flus misruqa nstabu wkoll fir-residenza tiegħu. 

Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. 

AKTAR QABEL: Il-Pulizija qed tinvestiga hold-up li seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq in-Naxxar, San Ġwann. Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li raġel armat v’arma tan-nar daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, Pollakka ta’ 25 sena residenti San Ġiljan.

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

Il-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: