67 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li jirkupraw 323 persuna

In-numru tal-każi attivi kompla jinżel konsiderevolment hekk kif matul dawn l-aħħar 24 siegħa minn 2,356 swab test li ttieħdu kien hemm 67 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19 filwaqt li kien hemm 323 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex il-każi attivi issa niżlu għal 1,402.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm żewġ anzjani rġiel, ta’ 71 u 74 sena, li mietu l-Isptar Mater Dei waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Share With: