362 każ ġdid filwaqt li jmutu erba’ persuni

Matul dawn l-aħħar 24 siegħa minn 4,146 swab test li saru rriżultaw 362 każ ġdid ta’ Covid-19. Dan filwaqt li kien hemm 230 persuna li kienu meqjusin bħala li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi issa tela’ għal 3,128.

Intant mill-istatistika ppublikata mill-awtoritajiet tas-saħħa jirriżulta li sal-bieraħ ġew amministrati 86,854 doża tal-vaċċin, bi 30,329 persuna jirċievu t-tieni doża.

Intant matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm erba’ persuni li mietu waqt li kienu pożittivi għal-Covid-19, żewġ anzjani nisa ta’ 68 u 76 sena u żewġ anzjani rġiel ta’ 75 u 64 sena, li lkoll mietu fl-Isptar Mater Dei.

Share With: