283 każ ġdid … Ifiqu 338 persuna

Minn 4,746 swab test li saru fl-aħħar sigħat kienu reġistrati 283 każ ġdid, filwaqt li 338 persuna kienu rapportati li rkupraw mill-virus.

Intant mill-istatistika tal-awtoritajiet tas-saħħa jirriżulta li sal-bieraħ ġew amministrati 108,971 doża tal-vaċċin, b’36,246 persuna jieħdu wkoll it-tieni doża.

Il-Ministeru għas-Saħħa informa wkoll li f’dawn l-aħħar sigħat kien hemm erba’ persuni – anzjan ta’ 79 sena, ieħor ta’ 72 sena u ieħor ta’ 60 sena u anzjana ta’ 80 sena– li mietu fl-Isptar Mater Dei waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Share With: