224 każ ġdid… ifiqu 358 persuna

Minn 3,749 swab test li saru fl-aħħar sigħat kienu reġistrati 224 każ ġdid, filwaqt li 358 persuna kienu rapportati li rkupraw mill-virus.

Intant mill-istatistika tal-awtoritajiet tas-saħħa jirriżulta li sal-bieraħ ġew amministrati 143,169 doża tal-vaċċin, b’43,919 persuna jieħdu wkoll it-tieni doża.

Il-Ministeru għas-Saħħa informa wkoll li f’dawn l-aħħar sigħat kien hemm tliet anzjani; anzjan ta’ 78 sena, anzjana ta’ 93 sena u anzjana ta’ 78 sena, li mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. B’hekk il-vittmi telgħu għal 372.

Share With: