Żewġt irġiel akkużati bil-qtil involontarju ta’ Miriam Pace se jgħaddu ġuri

Tnejn mill-erba’ akkużati li bħalissa qed jiġu akkużati bil-qtil involontarju ta’ Miriam Pace se jgħaddu ġuri.

Ludwig Dimech ta’ 38 sena minn Ħaż-Żebbuġ li kien il-kuntrattur u Nicholas Spiteri ta’ 43 sena mill-Imqabba li kien qed jaħdem fis-sit li fih seħħ il-każ traġiku xi xhur ilu, se jkunu qed jgħaddu ġuri. Huma qed jiġu mixlijin li fit-2 ta’ Marzu tas-sena li għaddiet, bi traskuraġni ikkaġunaw il-mewt ta’ Miriam Pace; omm ta’ 54 sena, waqt xogħol ta’ kostruzzjoni.

Huma qed jiġu akkużati ukoll li fl-istess jum, u fil-ġimgħat ta’ qabel, ikkaġunaw ħsara fil-proprjetà tal-vittma kif ukoll fi proprjetajiet oħra. Akkużati wkoll flimkien ma’ Dimech u Spiteri b’rabta ma’ dan il-każ hemm il-Periti Roderick Camilleri ta’ 37 sena mir-Rabat u Anthony Mangion ta’ 73 sena mill-Gżira.

Share With: