Wara xahar il-każijiet ġodda ta’ Covid jinżlu taħt il-100; In-numru ta’ dawk li rkupraw id-doppju ta’ dawk li feġġew; Ħadd ma jmut

In-numru ta’ każijiet ġodda ta’ Covid19 niżlu taħt il-100 għall-ewwel darba fl-aħħar xahar.

Dan wara li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis feġġew 79 każ ġdid meta l-aħħar darba li l-każijiet niżlu taħt il-100 kien fit-3 ta’ Jannar li għadda meta kien hemm 85 każ ġdid.

Il-persuni li fiequ mill-virus fl-istess lejl kien ta’ 144 jiġifieri d-doppju tal-każijiet il-ġodda.

Id-79 każ feġġew minn 2,944 ‘swab test’ li tellgħu t-total ta’ testijiet għal 624,370.

In-numri ta’ persuni li s’issa mardu bil-virus tela għal 18,385 li minnhom 15,567 irkupraw u b’hekk baqa’ 2,545 każ attiv.

L-ammont ta’ persuni li mietu bil-Covid19 baqa’ ta’ 273 hekk kif fl-aħħar bulettin ma tħabbret ebda mewt.

Sadanittant, sal-Erbgħa kienu ngħataw 31,633 doża tal-vaċċin li minnhom 5,410 kienu t-tieni doża.

Share With: