Vettura tinqaleb fi Triq Aldo Moro

Raġel ta’ 34 sena u residenti l-Ħamrun, qiegħed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei għall-ġrieħi gravi li  sofra f’inċident tat-traffiku. 

Illum, għal xi t-8:15 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l assistenza tagħha fi Triq Aldo Moro, il-Marsa. 

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u sabu vettura tal-għamla Land Rover Defender maqluba. Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li x-xufier tilef il-kontroll bil-konsegwenza li l-vettura nqalbet. Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ambulanza ħaditu l-isptar għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Share With: