Twissijiet ta’ tsunami wara terremot ta’ qawwa 7.7 fuq l-Iskala Richter ’il barra minn New Zealand

Terremot qawwi li seħħ taħt il-baħar heżżeż it-Tramuntana ta’ New Zealand, b’dan iwassal biex tinħareġ twissija ta’ tsunami fir-reġjun.

Il-US Geological Agency qalet li t-terremot ta’ qawwa 7.7 fuq l-Iskala Richter kien reġistrat f’fond ta’ sitt mili fix-Xlokk tal-Gżejjer Loyalty.

It-terremot ma kienx mistenni li jikkaġuna ħsarat sinjifikanti fuq l-art, jew iħalli fatalitajiet.

Madankollu iċ-Ċentru Amerikan għat-Twissija ta’ Tsunami ħareġ twissija dwar il-possibbiltà li tinħoloq tsunami li tista’ tolqot lil New Zealand, Fiji, Vanuatu u gżejjer oħrajn fil-Paċifiku.

Ir-reġjun huwa suxxettivvli għal terremoti minħabba li l-preżenza ta’ qsim siżmiku magħrufin bħala r-“Ring of Fire”.

Share With: