Tunnellati ta’ kontenituri tal-metall mormija fil-borża żbaljata

Il-kumpanija WasteServ, responsabbli mill-immaniġjar tal-iskart ħabbret fuq il-mezzi soċjali li madwar 9 tunnellati ta’ kontenituri tal-metall qegħdin jiġu rkuprati mill-iskart kollettiv miġbur fil-borża s-sewda.

Filwaqt li appellat għal aktar responsabbilità, il-kumpanija qalet li l-pubbliku jista’ jikkontribwixxi sabiex ikollna mmaniġjar aktar sostenibbli billi kontentituri simili jintremew mill-ewwel fil-borża l-griża li fiha jintrema skart riċiklabbli.

Share With: