Tnejn jispiċċaw l-isptar wara li vettura taħbat f’ħames karozzi

Ġuvni u raġel spiċċaw l-isptar wara inċident tat-traffiku f’Bormla. L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħaxija fi Triq San Pawl, Bormla.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 40 sena li jgħix Raħal Ġdid, tilef il-kontroll tal-vettura Toyota Corsa u ħabat ġo ħames vetturi li kienu pparkjati. Fil-vettura, passiġġier kien hemm ġuvni ta’ sittax-il sena li jgħix Bormla.

Mill-ewwel intalbet l-assistenza ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħdu l-isptar permezz ta’ ambulanza. Aktar tard il-ġuvni ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li r-raġel weġġa ħafif.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Share With: