Tnejn fil-Qorti fuq vjolenza domestika

Żewġt irġiel qed jinżammu taħt arrest wara li tressqu l-Qorti mixlijin bi vjolenza domestika.

L-ewwel każ kien jinvolvi żagħżugħ ta’ 26 sena li kien mixli li ikkaġuna ġrieħi gravi fuq is-sieħba tiegħu.

Huwa mhux talli wieġeb li ma kienx ħati imma nsista li ipprova jiddefendi lilu nnifsu minnha għax kienet hi li aggreditu.

Fit-tieni każ raġel ta’ 32 sena wkoll baqa’ miżmum arrestat wara li kien mixli li ikkaġuna ġrieħi ħfief kemm lil omm uliedu kif ukoll lill-kunjata.

It-tnejn li huma tressqu quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli bl-ismijiet mhux jixxandru biex tiġi protetta l-identità tal-vittmi.

Share With: