Tmint immigranti jinqabdu mexjin fi triq fil-limiti taż-Żurrieq wara li allegatament jaslu Malta fuq dgħajsa

Tmint irġiel li lbieraħ filgħaxija nstabu mexjin fi triq li miż-Żurrieq tagħti lejn Għar Lapsi huma maħsubin li waslu Malta abbord ta’ dgħajsa wara li qasmu l-Mediterran.

Il-Pulizija daħlilhom rapport għall-ħabta tat-8.15 p.m. u marru immedjatament fuq il-post fejn waqqfu lill-irġiel, li ħamsa minnhom huma ta’ nazzjonalità Sirjana filwaqt li t-tlieta l-oħrajn huma Eġizzjani.

L-irġiel ittieħdu l-kwartieri tal-Pulizija fil-Floriana, bil-każ jiġi investigat mit-taqsima tal-immigrazzjoni.

Ħadd aktar ma nstab mill-Pulizija u l-Forzi Armati fiż-żona fejn instabu l-irġiel, wara tiftix kemm fuq l-art u kif ukoll fuq il-baħar.

Share With: