Tlieta arrestati wara li allegatament jisirqu cash register u fliexken tax-xorb minn stabbiliment f’San Ġiljan

Ingliż ta’ 43 sena u żewġ Somali ta’ 37 u 32 sena ġew arrestati b’rabta ma’ serqa li allegatament wettqu lbieraħ filgħodu minn stabbiliment fi Triq Santu Wistin, f’San Ġiljan.

Kienu għall-ħabta tas-1.00 p.m. xħin il-Pulizija ġew informati li matul il-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta, xi ħadd daħal fl-istabbiliment u seraq il-cash register b’ammont ta’ flus u numru ta’ fliexken tax-xorb.

Il-Pulizija bdiet mill-ewwel bl-investigazzjonijiet tagħha u aktar tard daħlet informmazzjoni li fuq il-Bajja ta’ San Ġorġ kien hemm żewġt irġiel ibigħu x-xorb. Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post, iċċekkjaw ix-xorb, qabel ma’ dak misruq u s-Somali ġew arrestati.

Minn iżjed stħarriġ il-Pulizija identifikat lill-persuna l-oħra involuta u dan ġie arrestat f’San Ġiljan ftit wara.

L-irġiel ittieħdu fil-lock-up tal-Pulizija, il-Furjana, għal aktar investigazzjonijiet.

Bil-każ ġie informat il-Mapistrat tal-għassa Joseph Mifsud li ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta maġisterjali.

Share With: