Tliet vittmi u żewġ persuni midrubin fi sparatura f’Louisana

Tliet persuni nqatlu u tnejn oħra ndarbu fi sparatura f’ħanut tal-armi fl-istat Amerikan ta’ Louisana.

Uffiċjal lokali qal li l-isparatura bdiet minn persuna li sparat fuq żewġ persuni u li wara dawn it-tiri kien hemm persuni li sparaw ukoll bl-armi tagħhom.

Il-vittmi li s’issa għadhom ma ġewx identifikati huma l-persuna li spara l-ewwel tiri u l-ewwel żewġ persuni li ntlaqtu mit-tiri sparati mill-arma tiegħu.

Intant l-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ jinsabu għaddejjin hekk kif l-awtoritajiet għadhom qegħdin jgħaqqdu l-informazzjoni miġbura.

Fortunatament iż-żewġ persuni li ndarbu jinsabu f’qagħda stabbli u jinsabu rikoverati fi sptar.

Share With: