Tkompli l-għajta fil-Myanmar… il-protesti jidħlu fl-10 jum

Eluf ta’ persuni ġewwa l-Myanmar niżlu fit-toroq jipprotestaw kontra l-kolp ta’ stat min-naħa tal-militar hekk kif issa l-protesti daħlu fid-disa’ jum tagħhom. Fil-jiem li l-mexxejja militari ilhom fil-poter, huma neħħew liġijiet li kienu jagħtu għadd ta’ libertajiet lill-poplu kif ukoll żiedu l-ar- resti ta’ politiċi u anke attivisti.
Matul il-ġurnata tal-bieraħ, studenti tal-inġinerija mxew fit-toroq ta’ Yangon li hija l-ikbar belt fil-Myanmar. Huma kienu lebsin l-abjad u xejru kartelluni b’messaġġi favur il-ħelsien tal-Prim Ministru Aung San Suu Kyi. Suu Kyi qiegħda tinżamm arrestata f’darha wara li l-militar ħa l-kontroll u neħħa l-gvern tagħha li kien elett demokratikament. Dan kien seħħ fl-1 ta’ Frar. 

Nhar is-Sibt li għadda l-militar daħħal fis-seħħ liġi li tobbliga lin-nies biex jirrapportaw jekk ikollhom xi viżitaturi matul il-lejl, filwaqt li tippermetti lill-forzi tas-sigurtà biex jarrestaw u jagħmlu tfittxijiet fi djar privati mingħajr bżonn ta’ approvazzjoni mill-qrati. Apparti hekk, fl- aħħar sigħat inħarġu numru ta’ mandati ta’ arrest fil-kon- front ta’ kritiċi tat-tmexxija militari minħabba kummenti li għamlu fuq il-midja soċjali. Il-militar ta twissija lill-pubbliku li se jkunu qegħdin jitTieħdu passi fil-konfront ta’ dawk li jagħtu kenn lil dawn il-persuni. 

Dan il-kolp ta’ stat ġab il-kritika tal-komunità internazzjonali, bl-Istati Uniti tal-Amerika tħabbar sanzjonijet fuq numru ta’ ġenerali. Minkejja l-pressjoni s’issa t-tmexxija militari fil-Myanmar baqgħet b’saħħitha. 

Min-naħa tiegħu, il-Kunsill tad-Drittijiet Umani tan-Nazzjonijiet Uniti talab lill-militar biex jeħles lil dawk il-persuni li ġew arrestati bla ħtija filwaqt li talab biex l-amministrazzjoni terġa’ tgħaddi f’idejn il-gvern demokratiku ta’ Aung San Suu Kyi. 

Share With: