Titwal il-lista ta’ pajjiżi fil-lista oranġjo tal-Covid-19

Il-Ministru responsabbli mis-Saħħa Pubblika fi stqarrija maħruġa aktar kmieni għarraf li, bis-saħħa tal-Artikolu tar-Regolamenti tal-2020 dwar Ittestjar Mandatorju ta’ Ċerti Vjaġġaturi, qed tiġi riveduta l-lista ta’ pajjiżi li tissemma fl-istess regolament. Kull vjaġġatur li jiġi minn xi pajjiż elenkat fil-lista riveduta ta’ pajjiżi indikata hawn taħt għandu jipprovdi PCR COVID-19 test negattiv magħmul mhux aktar minn tnejn u sebgħin (72) siegħa qabel il-wasla tiegħu f’Malta.

Vjaġġaturi ġejjin f’Malta minn xi wieħed fost dawn il-pajjiżi li jonqsu milli jipproduċu dan it-test  jistgħu jkunu sottomessi għall-ittestjar f’Malta u jistgħu jkunu soġġetti għal kwarantina.

Lista riveduta ta’ pajjiżi:

L-Andorra
L-Awstrija
Il-Belġju
Il-Bulgarija
Ċipru
L-Estonja
Franza
Il-Ġappun
Il-Ġermanja
Il-Ġordan
Il-Greċja
L-Indoneżja
L-Irlanda
L-Italja (l-ajruporti kollha minbarra Sqallija u Sardenja)
Il-Kanada
Il-Kroazja
Il-Latvja
Il-Libanu
Il-Liechtenstein
Il-Litwanja
Il-Lussemburgu
Il-Marokk
Monaco
L-Olanda
Il-PolonjaIl-Portugall (l-ajruporti kollha minbarra Madeira u Azores)
Ir-Repubblika Ċeka
Ir-Rumanija
San Marino
Slovakkja
Is-Slovenja
Spanja (l-ajruporti kollha minbarra Canarias)
L-Iżvezja
L-Iżvizerra
It-Tajlandja
It-Tuneżija
It-Turkija
L-Ungerija
L-Urugwaj
Il-Vatikan

Dan l-avviż dwar il-lista riveduta ta’ pajjiżi ser jidħol fis-seħħ is-Sibt 13 ta’ Frar 2021 f’nofs il-lejl.

Share With: